Sigħat wara li tħabbret il-mewt taż-żagħżugħ Jake Vella, il-ġenituri tiegħu wasslu messaġġi mill-isbaħ għal binhom.
Ommu Maruksa qalet li minkejja din it-telfa, hi mhix se tkun qed issellimlu għaliex se tkun qed tarah ‘il quddiem. Hi qalet li binha fl-aħħar jinsab ‘il bogħod mit-tbatija wara 10 snin jikkumbatti marda, bil-marda kienet l-iktar kiefra f’dawn l-aħħar xhur.
Jake Vella kien magħruf għad-determinazzjoni tiegħu li jkun involut fl-isport minkejja l-kundizzjoni rari li kien ibati minnha. Huwa kien iħobb jipprattika sport impenjattiv minkejja li kellu kundizzjoni medika li jagħmel kemm jagħmel dieti u eżerċizzju fiżiku, xorta jibqa’ jiżdied fil-piż.
B’ommu, permezz ta’ post fuq Facebook, kompliet tgħid li binha mhux biss ħalla impatt kbir fuqhom iżda anke fuq dawk kollha li kellhom l-opportunità jiltaqgħu miegħu, bil-legat tiegħu li żgur mhux forsi mhux se jintesa.
Post fuq Facebook oħra kienet minn missieru, Josie, li qal kif Jake ħarablu minn taħt idejh, bil-marda qerrieda li daħlet f’nofshom u li sfortunatament rebħet fuqu.
Il-funeral b’ċelebrazzjoni għal Jake se jsir is-Sibt li ġej fl-10:30 am fil-Knisja ta’ San Pietru fil-Ktajjen, Birżebbuġa.
//= $special ?>