Ġie identifikat bħala Louis Gauci r-raġel li nstab bla ħajja mixħut għal tulu fuq il-bankina fi Triq il-Karmnu, San Pawl il-Baħar.
L-isforzi ta’ tim mediku li waslu fil-post kienu kollha għalxejn hekk kif Gauci ġie identifikat mejjet fil-post. Bil-Pulizija qed tqis dan il-każ bħala wieħed ta’ mewta naturali.
L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.
Fost dawk li kkummentaw fuq il-midja soċjali kien hemm oħtu, Lucy li saħqet li ħuha x’aktarx kien sejjer għal għawma l-baħar meta possibilment tah attakk tal-qalb.
B’ħabiba ta’ Gauci tiddiskrivih bħala persuna li dejjem uriet rispett lil ta’ madwarha, u ma jistax jonqos it-tbissima dejjem fuq wiċċu.
//= $special ?>