Il-Gvern Pollakk ħabbar linji gwida ġodda għal-legalizzazzjoni tal-abort sabiex jiffaċilità proċedura sigura.
Qabel, l-abort kien jista’ jsir legalment fil-pajjiż f’każ ta’ stupru, tqala barra ż-żwieġ u f’każ li l-omm tkun f’riskju serju għal ħajjitha.
Il-liġijiet il-ġodda wasslu għal rabja kbira tant li mijiet ta’ persuni niżlu fit-toroq jipprotestaw, bit-tobba li qed jibżgħu li jispiċċaw jiġu mfittxa l-qorti.
Il-linji gwida ppubblikati nhar il-Ġimgħa mill-Ministeru tas-Saħħa Pollakk jgħidu li rakkomandazzjoni minn tabib wieħed, inkluż kardjologu, endokrinologu jew psikjatra, hija bażi biżżejjed biex mara tikseb abort legali fi sptar, u t-tabib li jwettaq il-proċedura m’għandux ikun responsabbli għall-prosekuzzjoni.
//= $special ?>