Lokali

Il-Kap tal-PN b’laqgħat fost in-nies; it-Tlieta se jkun fost is-Slimiżi

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech se jkun qed jorganizza laqgħat fost in-nies sabiex jisma’ dak li għandhom xi jgħidu u d-diffikultajiet li għaddejjin minnhom.

L-ewwel djalogu se jkun qed isir nhar it-Tlieta li ġej fost is-Slimiżi, fi Pjazza Sant’ Anna fejn se jkun qed jitkellem il-Kap tal-PN.

Fil-ġimgħat ta’ wara, Bernard Grech se jkun qed jissokta bil-laqgħat man-nies.

Il-bierah, il-Kap tal-PN neda l-attivitajiet fl-okkażjoni tas-60 anniversarju minn meta Malta kisbet l-Indipendenza tagħha grazzi għal ħidma ta’ Gvern Nazzjonalista.

Matul ix-xahar ta’ Settembru se jkun hemm diversi attivitajiet organizzati mill-Partit Nazzjonalista, attivitajiet li se jkunu qed jingħataw bidu proprju nhar it-Tlieta, 3 ta’ Settembru f’Tas-Sliema u li se jilħqu l-qofol tagħhom fl-20 ta’ Settembru lejlet il-Jum tal-Indipendenza permezz ta’ Mass Meeting.