Tħabbret il-mewt tal-fundatur tal-Fondazzjoni Nazareth Dun Anġ Seychell fl-età ta’ 91 sena.
Dun Anġ ħadem sew fis-soċjetà Maltija fejn fost l-oħrajn ħa ħsieb it-twaqqif ta’ Caritas Malta u wettaq ħidma fid-Dar tal-Kleru.
Huwa kien beda l-ħajja klerikali tiegħu fl-età ta’ 23 sena meta daħal għal saċerdot b’permess speċjali minn Ruma. Huwa kien jistqarr li minn dejjem ħass is-sejħa li jieħu ħsieb persuni b’diżabbiltà li għalih huma għeżież ħafna.
U fil-fatt hekk għamel tant li wasal biex biddel ir-residenza privata tiegħu sabiex isservi ta’ residenza għal persuni b’diżabbiltà.
Fost dawk li sellmu l-memorja ta’ Dun Anġ kien hemm il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech li ddiskrivih bħala “persuna li ħabb tant lill-fqir u lill-batut. Għen u ta kull assistenza biex joffri ħajja aħjar lil ħaddieħor.”
Fakkar kif Dun Anġ kien saċerdot li poġġa dejjem lil persuni oħra qablu, b’impenn lejn il-fidi iżda wkoll impenn kontinwu lejn is-soċjetà Maltija.
//= $special ?>