Il-qtil ta’ Nicolette Ghirxi ħasad lill-poplu Malti u Għawdxi kollu, bil-wisq iktar lill-qraba ta’ Bernice Cassar. Żewġ vittmi li nqatlu f’sitwazzjoni simili ta’ xulxin wara xhur ta’ abbuż mill-allegat qattiela tagħhom.
Mal-Professur Andrew Azzopardi tkellmet oħt Bernice Cassar, Alessia fejn qalet li ma tistax temmen li wara l-qtil ta’ oħtha, ftit xhur wara rajna qtil ta’ mara oħra li l-istess bħal Bernice, kienet talbet l-għajnuna tal-Pulizija iżda l-azzjoni kienet tard wisq.
“Mhix faċli li tmur tagħmel rapport. U trid tikkunsidra li dan probabbli mhux l-ewwel darba li ġġarrab il-martirju. Il-mument li daħlet id-depot u ddeċidiet li tagħmel rapport, minn hemmhekk trid tingħata għajnuna ħolistika.”
Dan apparti li l-Kummissarju tal-Pulizija tefa’ attenzjoni fuq il-fatt li, skontu, Ghirxi ma riditx tagħmel risk assessment. B’voice clip ta’ Ghirxi jgħid li dan mhux minnu.
“Bernice żgur ma rrifjutatx li tagħmel risk assessment. Bernice kienet qed tħoss li ħa tmut. Kellha biża’ kbira.”
Oħt Bernice qalet kif ma ħassitx li l-konferenza tal-aħbarijiet li saret sigħat wara l-qtil ta’ Nicolette Ghirxi kienet f’postha.
“Il-konferenza tal-aħbarijiet li ta l-Kummissarju tal-Pulizija, kien hemm affarijiet identiċi, bħal data ta’ kemm mietu nisa. Jien nemmen li għandha tkun biex tgħid il-fatti kif ġraw, mhux biex ngħidu kemm qed ngħinu nisa mela ifhmu li mbilli mietet waħda.”
Bil-qraba ta’ Bernice jħossu li l-qtil ta’ Nicolette u Bernice huma wisq simili tant li l-iktar qtil riċenti seta’ kien evitat.
“Ir-rabja bdiet tikber u tinbed fina meta bdejna ninnutaw li kien hemm ċertu patterns li huma simili. Nicolette bħal Bernice għamlet rapport. Nicolette bħal Bernice kienet imbeżżgħa’ “
U dan apparti li żiedet tgħid li l-ipproċessar tar-rapporti mill-Pulizija qed japprova kif qed jieħu wisq fit-tul.
“Ir-rapporti kienu qed jiġu proċessati. Bernice kellha disat ijiem bejn l-ewwel rapport. Waqt li qed jiġi pproċessat ir-rapport, in-nisa qed imutu.”
Hi fakkret kif jekk vittma waslet biex tmur tagħmel rapport, is-sitwazzjoni tkun waħda serja ħafna.
“Jekk ma jkunx hemm azzjoni immedjata, u għalhekk ktibt dwar il-burokrazija, wara li tagħmel rapport ir-riskju jikber.”
B’Alessia tgħid li jeħtieġ li jkun hemm tibdil minnufih biex ma nibqgħux naraw it-telf ta’ persuni.
“Jekk għandna 60, ejja naraw li biżżejjed, mhux għax żidna, nieqfu hemm. Ejja naraw li l-workforce huwa biżżejjed.”