Ariel Geller, it-tifel li kisser vażun ta’ żmien il-Bronz, irritorna lura fil-mużew flimkien ma’ qraba tiegħu.
Ftit jiem ilu, it-tifel ta’ 4 snin kisser vażun rari li għandu madwar 3,500 sena li kien jinsab f’Hecht Museum f’Iżrael.
Dan huwa rari hekk kif hi diffiċli li ssib xi ħaġa simili li tkun għadha sħiħa hekk kif normalment wieħed isib biss biċċiet żgħar.
Dan il-vażun kien jinsab għall-wiri fil-mużew bla ebda protezzjoni, bħal xi ħġieġa jew xi forma ta’ barriera biex wieħed ma jersaqx lejh. Bit-tifel, bi żball waqqa’ dan il-vażun, li kien jintuża’ biex jinġarru xi materjali bħal inbid jew żejd, b’riżultat li spiċċa tkisser.
//= $special ?>