Fi tmiem il-ġimgħa mill-Premier League fl-Ingilterra jispikka l-konfront bejn Manchester United u Liverpool, partita li żgur se tkun waħda ta’ interess minkejja li ġiet kmieni fl-istaġun.
Liverpool bdew l-istaġun b’żewġ rebħiet filwaqt li Manchester United bdew b’rebħa u telfa. Il-kowċ ta’ Manchester United Erik ten Hag mistenni jutilizza numru ta’ plejers li kienu akkwistati fis-sajf mir-Red Devils filwaqt li fl-iskwadra ta’ Liverpool mistenni jkun hemm l-akkwist mingħand Juventus Federico Chiesa.
Arsenal li wkoll kellhom bidu perfett fil-kampjonat se jkunu qed jilqgħu lil Brighton li minn naħa tagħhom ukoll kisbu żewġ rebħiet fil-bidu tal-istaġun.
West Ham se jospitaw liċ-champions Manchester City, Chelsea jilagħbu kontra Crystal Palace filwaqt li Newcastle jilqgħu lil Tottenham.
Premier League
Illum
Arsenal v Brighton 1.30pm
Brentford v Soton 4.00pm
Everton v B’mouth 4.00pm
Ipswich v Fulham 4.00pm
Leicester v A. Villa 4.00pm
Nott. Forest v Wolves 4.00pm
West Ham v Man City 4.00pm
Għada
Chelsea v C. Palace 2.30pm
Newcastle v Tottenham 2.30pm
Man Utd v Liverpool 5.00pm
//= $special ?>