Internazzjonali

Mara tattakka persuni fuq xarabank fil-Ġermanja

Mara ta’ 32 sena attakkat u weġġgħet sitt persuni li kienu fuq ix-xarabank waqt li kienu f’Siegen, il-Ġermanja.

Mill-inqas 40 persuna kienu fuq ix-xarabank fil-ħin tal-attakk, bil-mara, ċittadina Ġermaniża, ġiet arrestata ftit tal-ħin wara.

Awtoritajiet lokali qed jgħidu li mill-inqas tliet vittmi sofrew ġrieħi serji tant li jinsabu fil-periklu tal-mewt.

Mhux magħruf il-mottiv wara dan l-attakk għalkemm il-Pulizija tidher li neħħiet dubji ta’ terroriżmu.