Il-Qorti Suprema fil-Brażil ħarġet ordni ta’ sospensjoni fuq il-pjattaforma X wara li Elon Musk irrifjuta li jagħti isem ir-rappreżentat legali fil-pajjiż.
Dan wara argumenti ma jaqtgħu xejn bejn Musk u l-Imħallef Alexandre de Moraes dwar il-libertà tal-kelma, u informazzjoni falza.
De Moraes kien wissa lil Musk nhar l-Erbgħa bil-lejl, li X jista’ jiġi mblukkat fil-Brażil jekk jonqos milli jikkonforma mal-ordni tiegħu li jsemmi rappreżentant u stabbilixxa skadenza ta’ 24 siegħa.
Il-kumpanija ma kellhiex rappreżentant fil-Brażil minn kmieni dan ix-xahar.