Futbol Sport

Rafael Leao jsalva draw għal Milan fi Stadio Olimpico

Draw ta’ 2-2 bejn Lazio u Milan. Kienu Milan li fetħu l-iskor fit-8 minuta minn Strahinja Pavlovic qabel kien Valentin Castellanos li fuq cross ta’ Nuno Tavares tefa’ fix-xibka għal 1-1 fit-62 minuta. Lazio marru fil-vantaġġ erba’ minuti wara permezz ta’ Boulaye Dia, biex fit-72 minuta kien is-sostitut Rafael Leao li bl-ewwel azzjoni tiegħu xeħet fix-xibka għal 2-2.

Illum: Bologna v Empoli 1-1, Lecce v Cagliari 1-0, Lazio v Milan 2-2, Napoli v Parma 2-1
Għada: Fiorentina v Monza fis-6.30pm, Genoa v H.Verona fis-6.30pm, Juventus v Roma fid-8.45pm, Udinese v Como fid-8.45pm