Internazzjonali

Tfittxija għal mara li spiċċat f’ħofra fonda 8 metri qed tkun meqjusa bħala ‘wisq riskjuża’

It-tfittxijiet għal mara li waqgħet f’ħofra fonda 8 metri daħlu fit-tmien jum tagħhom, bl-awtoritajiet qed iqisu din il-missjoni bħala ‘wisq riskjuża’ biex il-bugħaddasa jkomplu bil-ħidma.

L-inċident seħħ f’Kuala Lumpur meta Indjana sparixxiet f’ħofra fuq il-bankina.

Madwar 110 ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili wettqu ħidma kontinwa b’tama li tinstab Vijaya Lakshmi Gali ta’ 48 sena. Fl-ewwel 17-il siegħa nstab par żarbun, iżda s’issa l-mara għadha nieqsa.

Issa, il-ħidma qed tkun meqjusa riskjuża hekk kif fl-aħħar ħin qam kurrent kbir mimli debris b’riżultat li l-ħaddiema bilkemm kellhom spazju fejn jiċċaqalqu.