Żagħżugħa ta’ 26 sena ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’urġenża wara ħabta bejn żewġ vetturi fi Triq il-Palma, Raħal Ġdid.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 11.45 ta’ dalgħodu.
Mill-ewwel informazzjoni li kiseb dan is-sit, iż-żagħżugħa kienet passiġġiera fil-vettura tal-għamla Nissan March misjuqa minn żagħżugħ ta’ 25 sena flimkien ma’ passiġġier ieħor ta’ 25 sena, li ħabtet ma’ vettura oħra tat-tip Talbot Horizon misjuqa minn anzjan ta’ 70 sena.
Iż-żgħażagħ huma kollha residenti Raħal Ġdid, filwaqt li l-anzjan residenti l-Fgura.
Fuq il-post issejħet ambulanza kif ukoll il-membri tal-protezzjoni ċivili. Iż-żagħżugħa ttieħdet l-Isptar Mater Dei għal iktar għajnuna.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>