Id-disinjaturi Maltin Charles & Ron kellhom l-unur li jiddisinjaw il-libsa tat-tieġ tar-raġel tal-Prinċipessa Märtha Louise tan-Norveġja, kif ukoll l-ilbies tal-groomsman kollha, hekk kif ir-ritratti tat-tieġ tagħhom ġew ippublikati mal-midja internazzjonali.
Dan fost it-tifħir u l-kumplimenti dwar id-disinn tal-ħwejjeġ tal-għarus u issa raġel tal-Prinċipessa tan-Norveġja.
Fuq il-midja soċjali tagħhom, id-disinjaturi Maltin irringrazzjaw lil dawk kollha li kkumplimentaw xogħolhom.
//= $special ?>