Il-Partit Alternativ fur Deutschland (AfD) – entità popolari tal-lemin estrem – jinsab viċin ta’ aktar suċċessi elettorali. Dan meta l-elettorat f’żewġ Stati Ġermaniżi tal-lvant illum ivvutaw f’elezzjonijiet rispettivi li mistennija jikkonfermaw iż-żieda fl-appoġġ għall-estremisti li fl-aħħar snin saru forza politika notevoli fil-Ġermanja.
L-AfD qed jidher diġà rebaħ il-vot fl-Istat ta’ Thuringia b’31 fil-mija tal-vot. Dan ifisser li l-estremisti qed igawdu vantaġġ ta’ sitt punti perċentwali fuq il-konservattivi tas-CDU u vantaġġ jerġa’ akbar fuq it-tliet partiti fil-koalizzjoni tal-Kanċillier Olaf Scholz – f’dan il-każ, l-SPD, il-Ħodor u l-Liberali.
F’każ ta’ konferma uffiċjali, ir-rebħa għandha tkun l-ewwel waħda għall-estremisti tal-lemin fil-Parlament ta’ Stat Ġermaniż mit-Tieni Gwerra Dinjija.
Mal-ħames miljun Ġermaniżi kienu eliġibbli biex jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-lum – bl-AfD, għalissa, għandu disktakk żgħir ħafna mal-Partit CDU fl-Istat ta’ Sassonja. Anki f’dan l-Istat, it-tliet partiti fil-Gvern qed jidhru li marru ħażin ħafna biex żammew mal-pronostiku ġenerali ta’ qabel l-elezzjoni.
Madankollu, ir-riżultati pożittivi għall-AfD ma jfissrux li l-partit għandu jieħu l-poter fiż-żewġ Stati.
Dan għaliex il-partiti politiċi tradizzjonali qed jiċħdu pubblikanent għal kwalunkwe sitwazzjoni fejn kapaċi jikkollaboraw jew jidħlu f’alleanza mal-estremisti tal-lemin bl-iskop li, bejniethom, jiffurmaw il-maġġoranza.
//= $special ?>