OLANDA…………. 15
MALTA……………. 8
(3-2), (5-3), (3-1), (4-1)
It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena fetaħ l-impenji tiegħu fil-Kampjonat Ewropew b’telfa kontra l-Olanda. L-avversarji kien ħaqqhom ir-rebħa hekk kif dejjem kellhom il-kontroll tal-logħba, bit-tim Malti ma jirkupra qatt iż-żewġ gowls li sofra kmieni fil-logħba. Fit-tieni parti tal-logħba, iż-żgħażagħ Maltin ma tejbux il-prestazzjoni u l-Olandiżi kienu pronti biex bnew vantaġġ komdu.
L-Olandiżi marru żewġ gowls vantaġġ fl-ewwel nofs tal-ewwel sessjoni sakemm it-tim Malti kkanċella d-differenza minn penalty ta’ Alec Fenech u gowl minn man-up ta’ Jayden Cutajar. Kien gowl mis-centre ta’ Hugo Wouters li ħalla lill-Olandiżi fil-vantaġġ.
It-tim Malti baqa’ jiġri wara l-Olanda fit-tieni sessjoni. Id-distakk l-ewwel kiber għal 6-3, b’Dan Bakker skorja doppjetta. Malta rkuprat b’doppjetta tas-solitu Jayden Cutajar minn sitwazzjoni ta’ man-up u penalty, iżda l-Olanda reġgħet bniet il-vantaġġ ta’ tliet gowls fi ftit ħin. Kien Cutajar li reġa’ naqqas id-distakk lejn tmiem is-sessjoni.
Il-Maltin naqsu li jgħollu l-livell tal-prestazzjoni fit-tielet sessjoni bi ftit preċiżjoni u perikolożità fl-attakk. L-Olanda wettqet reazzjoni immedjata wara li Alec Fenech kien naqqas id-distakk għal 8-7 minn penalty, b’Fabio Jukic skorja mill-ewwel. Huma kabbru l-vantaġġ għal 11-7 fl-aħħar parti tas-sessjoni minn Daan Bakker u David de Vries.
Il-penalty skorjat minn Chris van den Dobbelsteen qatel it-tamiet ta’ rimonta għat-tim Malti fl-aħħar sessjoni. L-Olanda kompliet tikkontrolla l-logħba u saħansitra rnexxielha tkabbar il-marġni tar-rebħa. It-tim Malti jilgħab it-tieni konfront għada fl-9.45am kontra t-Turkija.
Olanda: P. Steenbrink, D. Bakker (6), C. van den Dobbelsteen (1), R. Terlouw, H. Wouters (3), E. de Zwaan (1), F. Jukic (1), J. van der Weijden, E. van den Brom, D. de Vries (1), I. van der Schaaf (2), M. Vercouteren, Z. Caboort
Malta: Z. Dzanovic, L. Mallia, J. Valletta, J. Cassar, J. Cachia, D. Bugeja, M. Zammit, J. Cutajar (5), E. Schembri, L. Dimech, A. Fenech (3), E. Mallia, S. Livori
Referees: Bogdan Beljin (Serbja), Manuel Manea (Rumanija)
//= $special ?>