Il-kantanta popolari Adele ħabbret li fix-xhur li ġejjin se tkun qed tikkonċentra fuq il-ħajja l-ġdida tagħha ma’ Rich Paul.
Fi tmiem kunċert fi Munich, il-kantanta ta’ 36 sena qalet li għandha bżonn waqfa mill-mużika sabiex “tgħix il-ħajja li qed tibni bħalissa”.
Fl-aħħar sentejn, Adele qattgħet kull ġimgħa tkanta f’Las Vegas. U matul is-sajf kellha suċċess enormi b’serje ta’ kunċerti fil-Ġermanja.
Adele stess qalet li fadlilha ftit ġimgħa twassal performances lill-pubbliku. Sakemm imbagħad tieħu break mix-xena mużikali.
//= $special ?>