Il-Partit estremista AfD, qed jiċċelebra riżultat “storiku”, hekk kif rebħu l-elezzjoni ġenerali fi stat fil-Lvant tal-Ġermania.
L-AfD kisbu kważi terz tal-voti – disa’ punti perċentwali aktar mill-Partit tas-CDU.
Minkejja dan, jidher li l-AfD mhux se jirnexxielu jiggverna dan l-istat, minħabba li għandu bżonn jifforma koalizzjoni ma’ partiti li ma jridux jaħdmu miegħu.
Dan ir-riżultat fisser l-ewwel rebħa minn partit tal-lemin estrem sa mit-tieni gwerra dinjija – rebħa li fissret suċċess għal Björn Höcke, li kien il-kandidat ewlieni.
F’dawn l-elezzjonijiet, l-AfD kiseb ukoll it-tieni post fl-istat tas-Sassonja, wara s-CDU.
//= $special ?>