L-Aġenzija tas-Saħħa tal-Iżvezja wissiet bi kbir lill-ġenituri biex ma jħallux lit-tfal ta’ anqas minn sentejn joqogħdu fuq l-iscreens.
Żiedu li tfal mill-etajiet ta’ bejn tnejn u ħamsa għandhom idumu mill-aktar siegħa kuljum. Tfal minn sitta sa tnax għandhom idumu siegħa jew sagħtejn, u żgħażagħ sa 18 għandhom idumu mill-aktar tliet sigħat fuq l-iscreens.
Il-Ministru tas-Saħħa Jakob Forssmed qal li l-iscreens ilhom jidħlu fil-ħajjiet tat-tfal għal wisq, hekk kif ħafna żgħażagħ qed idumu aktar minn sitt sigħat fuq il-mowbajls u laptops barra l-iskola.
Dan qed iwassal għal nuqqas ta’ attivitajiet fiżiċi u soċjali, u nuqqas kbir ta’ rqad, li qed jikkontribwixxi għal “kriżi tal-irqad” fil-pajjiż.
Il-Gvern Żvediż qal fil-passat li kien qed jikkunsidra projbizzjoni tal-mowbajls fl-iskejjel.
//= $special ?>