Dwar Birkirkara jgħidu li ma jistgħux jibqgħu jiġġieldu fuq min se jilħaq Sindku
Il-Ministru Michael Falzon qed jistaqsi tagħmilx sens li jkollok struttura tal-Kunsilli Lokali f’lokalitajiet żgħar bħalma nsibu fil-gżira Għawdxija.
Il-Ħadd filgħodu mistoqsi mill-midja Laburista jekk pajjiżna għadx għandu bżonn il-Kunsilli Lokali fid-dawl tal-kwistjoni li nħolqot fil-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara, Falzon saħaq li jaf hemm bżonn ta’ revisiting fl-operat tal-Kunsilli.
Ironikament, mhux li jirranġaw il-liġi biex imexxi l-Kunsill il-partit li ġab l-akbar ammont ta’ voti, iżda l-Ministru saħaq li jaf wasal iż-żmien li nikkunsidraw sens ta’ reġjonalità… u alluda li l-Kunsilli Lokali żgħar għandhom jinqatgħu. Dan hekk kif staqsa jekk jagħmilx sens li jkollok struttura għal 500 jew 600 persuna.
Il-Ministru insista li f’lokalitajiet fejn jidher li se jkun hemm aktar barranin residenti milli Maltin, bħal San Ġiljan, Tas-Sliema u l-Imsida… hemm bżonn ta’ bidla fil-ħsieb. Ironikament tliet kunsilli lokali mmexxija mill-Partit Nazzjonalista.
Intant, il-Kap Eżekuttiv taċ-Ċentru tal-Ilsien Malti, Norma Saliba, li tinsab fuq il-kotba tal-PBS u li xeħtet in-nomina tagħha għall-President tal-Partit Laburista, saħqet li hemm lok li jsir tibdil f’dan l-aspett.
Dan filwaqt li tkellmet fuq il-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara mirbuħ b’maġġoranza relattiva mill-Partit Nazzjonalista u preżentament immexxi mis-Sindku Desirei Grech – hekk kif saħqet li wieħed ma jistax joqgħod jaħli l-enerġija fuq min se jkun sindku għaliex huwa r-resident li jbati.
Ironikament kienu l-Kunsilliera Laburisti li ma qablux b’mod mill-aktar unanimu li r-rieda tal-poplu Karkariż tiġi rispettata; ċioè li jikkonfermaw il-maġġoranza relattiva u li t-tmexxija tal-Kunsill taqa’ f’idejn il-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>