Aktar konferma tal-frodi fl-għotja tal-isptarijiet
L-aħħar żviluppi b’rabta mas-serqa tal-isptarijiet ikomplu juru kemm id-deal kien wieħed frawdolenti. Dak li ġie żvelat illum qed ikompli jixhed manuvri sigrieti u minn taħt biex il-poplu Malti u Għawdxi jkompli jinsteraq a skapitu tas-saħħa tal-Maltin.
Sostna dan ix-Shadow Minister għas-Saħħa Adrian Delia hekk kif insista li dak żvelat ikompli juri kemm wara dan id-deal kien hemm biss il-ħsieb li l-poplu Malti jinsteraq u ma jingħatax is-servizz xieraq tas-saħħa.
Il-Partit Nazzjonalista se jkompli bil-ġlieda tiegħu biex tinħareġ il-verità, issir ġustizzja u jinġiebu lura l-€400 miljun li flimkien mal-isptarijiet il-Gvern ta, dawk ta’ madwaru saru aktar sinjuri u l-poplu ma ħa xejn.
//= $special ?>