Wieħed malajr jinduna mir-ritratti u l-filmati li jkun qed iħares lejn il-fadlijiet tat-Titanic. U issa, diversi esperti qed jgħidu li dan il-bastiment qed jitmermer bil-mod il-mod.
Il-puġġaman – li ħafna nies jiftakru mix-xena ikonika ta’ Leonardo Di Caprio u Kate Winslet mill-film Titanic – issa nqala’ minn postu u jinstab mal-art f’qiegħ il-baħar.
Dawn ir-ritratti ġodda juru l-istat li spiċċa fih dan il-bastiment wara aktar minn 100 sena – hekk kif Tomisa Ray, id-direttur tal-kumpanija li wettqet ir-riċerka, qalet li qed jaraw il-proċess għaddej malajr, fejn il-fdalijiet qed ikomplu jitmermru.
//= $special ?>