Sport

L-attenzjoni tal-Logħob Paralimpiku fuq il-heat numru 1 tal-100 metru

Fi Stade de France fir-raba’ ġurnata ta’ kompetizzjoni tal-Logħob Paralimpiku Pariġi 2024, l-attenzjoni kienet fuq il-heat numru 1 tal-100 metru. Fl-azzjoni fil-kategorija T 64 kien hemm Antonio Flores fit-tieni esperjenza tiegħu fil-Logħob wara li kien iddebutta fl-edizzjoni ta’ Beijing, fl-2008.

F’Pariġi, Antonio Flores għamel id-distanza fi 13.07 sekondi fejn minkejja li temm fid-disa’ post, kien l-aħjar ħin tiegħu tal-istaġun.

Il-heat intrebħet minn Sherman Isidoro Guity Guity ta’ Costa Rica f’10.72 sekondi qabel Felix Streng tal-Ġermanja b’10.79 sekondi, u Jonnie Peacock tar-Renju Unit f’10.93 sekondi.

Antonio Flores jerga’ jkun fl-azzjoni fis-7 ta’ Settembru fil-heats tal-200 metru T 64.