Raġel minn Wied il-Għajn kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku, f’San Pawl il-Baħar.
Il-każ seħħ fid-disgħa u nofs tat-Tnejn filgħodu, fi Triq Raddet ir-Roti, meta għal xi raġuni r-raġel ta’ 47 sena, li kien qiegħed isuq vann, tilef il-kontroll tal-vettura bil-konsegwenza li daħal f’parapett ta’ residenza.
Fil-post ġie msejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lir-raġel l-isptar għal aktar kura fejn aktar tard ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.
//= $special ?>