Il-Qorti Suprema tal-Brażil se tivvota fuq il-projbizzjoni tal-pjattaform tal-midja soċjali ‘X’, il-kumpanija ta’ Elon Musk.
Dan qed isir ftit jiem biss wara li l-pjattaforma ġiet sospiża fil-Brażil – deċiżjoni li ttieħdet minħabba li ‘X’ ma għażlitx rappreżentant ġdid għall-pajjiż qabel id-data ta’ iskadenza tal-Qorti Brażiljan.
Il-problemi bejn Elon Musk u l-Imħallef li ordna din il-projbizzjoni, Alexandre Moraes, bdew f’April li għadda meta l-imħallef ordna s-sospenzjoni ta’ bosta profili wara allegazzjonijiet li kienu qed ixxerrdu informazzjoni falza.
Elon Musk qal li din id-deċiżjoni hija waħda problematika. U insista li l-libertà tal-espressjoni hija fundementali għad-demokrazija.
//= $special ?>