SiGMA Group qassmu filmat tal-inawgurazzjoni ta’ sala multi-sensorja fiċ-Ċentru tal-Arti Jose Depiro, f’Bataan, il-Filippini. B’din is-sala, flimkien ma’ xarabank, ġew iddedikati għall-memorja ta’ Ben Laferla u Julian Spiteri.
Din is-sala qed isservi ta’ post fejn l-artisti jistgħu jipprattikaw il-mużika, filwaqt li għandhom ukoll xarabank li se sservi biex tieħu lill-mużiċisti minn post għall-ieħor meta jkun hemm xi prestazzjoni.
Ben Laferla u Julian Spiteri kienu tilfu ħajjithom f’inċidenti tat-traffiku fl-aħħar snin. Bl-inċident li kien involut fih Laferla kien seħħ fl-2022, fi Triq il-Madliena, fis-Swieqi, filwaqt li Spiteri tilef ħajtu fl-2021 fi Triq l-Infetti, fl-Imdina.
Din is-sala, flimkien ma’ xarabank, huma kollha xogħol il-Maltin, bil-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni SiGMA, Keith Marshall; u l-fundatur ta’ SiGMA Group, Eman Pulis; li ħadu ħsieb dan il-pass tant importanti għalihom flimkien mal-qassis li jaħdem f’Bataan, Joseph Cremona. Dan filwaqt li l-artist James Micallef Grimaud ta l-ħajja lix-xarabank permezz ta’ għadd ta’ graffiti.
Bit-tama li issa, dawn il-mużiċisti jkomplu jikbru u jimirħu anke ‘l barra mill-Provinċja ta’ Bataan.;
//= $special ?>