Sport

Rekord Paralimpiku fil-100m tal-irġiel

Sherman Guity Guity tal-Costa Rica li fil-heat nr. 1 kien fl-istess tal-Malti Antonio Flores, rebaħ il-kategorija T64 tal-100m tal-irġiel f’waħda mill-finali l-aktar mistennija.

Fil-finali ħalla l-aktar atleti veloċi fid-dinja b’amputazzjoni warajh meta għamel rekord Paralimpiku ta’ 10.65sec qabel iċ-champion tad-dinja Maxcel Amo Manu mill-Italja, li għamel 10.76sec.

Iċ-champion renjanti Paralimpiku Felix Streng tal-Ġermanja, rebaħ il-midalja tal-bronż frazzjoni ta’ sekonda differenza.