Sport

Suċċess doppju għal Franza fil-para-triathlon

Fit-triathlon, ħdax il-kategorija bejn atleti rġiel u nisa b’suċċess doppju għal Franza.

Jules Ribstein ta’ 37 sena rebaħ l-ewwel medalja tad-deheb għal Franza fil-para-triathlon fil-kategorija PT S2, riservata għal persuni b’diżabbbiltà fiżika severa. Ribstein temm l-għawma ta’ 750 metru, 20 kilometru bir-rota u 5 kilometri ġiri f’siegħa, 5 minuti u 47 sekonda.

Fit-tieni post temm Mohamed Lahna tal-Istati Uniti f’siegħa, 7 minuti u 18 il-sekonda filwaqt li sekonda wara daħal Mark Barr wkoll tal-Istati Uniti .

Fil-klassi PT S4 midalja tad-deheb għal Franza minn Alexis Hanquinquant li rrepeta s-suċċess li kiseb f’Tokjo 2020 meta f’Pariġi rebaħ fi 58 minuta u sekonda. Warajh temmew Carson Clough tal-Istati Uniti u Nils Riudavets ta’ Spanja.