Rumen ġie kkundannat tliet snin ħabs wara li ammetta sensiela ta’ 10 serqiet fi 12-il jum. Vasile Brudaru, ta’ 26 sena, wettaq is-serq bejn id-9 u l-21 ta’ Lulju. Dawn seħħew fi Steak House Fluid Bar and Restaurant, Shawns, McDonald’s f’Bay Street u dan għal tliet darbiet, Luke Kebab, Hugo’s Burger Bar, My Way u Shadows Club ilkoll f’San Ġiljan. Huwa wettaq serqa oħra minn ġewwa l-Busy Bee f’Tas-Sliema,
Fil-Qorti ma ħariġx kif seħħew dawn is-serqiet iżda l-prosekuturi qalu li f’kull każ il-valur ma jaqbiżx l-€2,329.37. Il-Maġistrat Nadine Sant Lia fl-għoti tas-sentenza qalet li l-Qorti ħadet inkunsiderazzjoni l-ammissjoni bikrija.
Għalkemm l-akkużat kellu kondotta nadifa, dan kien japplika biss għaż-żmien li kien Malta, osservat il-Qorti. Il-Qorti nnutat ukoll it-talba tal-prosekuzzjoni għal sentenza ta’ ħabs effettiva fid-dawl tal-lista twila ta’ każijiet. Il-Qorti qablet u kkundannat lil Brudaru għal tliet snin ħabs u ordnatlu jħallas lura lill-vittmi.
//= $special ?>