Il-komunità LGBTIQ+ u l-organizzaturi tal-Pride March ħabbru li ċ-ċelebrazzjonijiet ta’ din is-sena se jsiru bejn is-6 u l-15 ta’ Settembru.
Waqt iċ-ċelebrazzjonijiet, li se jkunu organizzati f’Malta u Għawdex, se jkun hemm aktar minn 40 avventiment – fosthom logħob, kunċerti u diskussjonijiet.
Il-marċ ewlieni se jsir fl-14 ta’ Settembru fil-Belt Valletta u jibda fi Pjazza Tritoni. Din isservi bħala kommemorazzjoni tal-ħidma kollha li saret tul is-snin għad-drittijiet tal-komunitajiet tal-LGBTIQ+.
//= $special ?>