Sport

Aktar logħob fl-Open tal-Istati Uniti

Ritratt: EPA

F’ġurnata oħra mill-Open tal-Istati Uniti fl-Arthur Ash Stadium, is-seed numru 1 Yannik Sinner tal-Italja, għeleb lil Tommy Paul tal-Istati Uniti seed numru 14 . Sinner rebaħ l-ewwel żewġ sets bl-iskor identiku ta’ 7 – 6 filwaqt li ddomina għal kollox is-set deciżiv li rebaħ 6 – 1. L-avversarju li jmiss għal Sinner huwa n-numru 5 Daniil Medvedev .

F’partita oħra mir-rawnd tal-aħħar sittax, seed numru 12 Taylor Fritz tal-Istati Uniti għeleb lis-seed numru 4 Alexander Zverev tal-Germanja. Wara li Fritz rebaħ l-ewwel set 7 – 6, waslet ir-reazzjoni minn Zverev li rebaħ it-tieni set 6 – 3. Madankollu, kien Fritz li rebaħ is-sets ta’ wara 6 – 4 ; 7 – 6.

Fil-kategorija tan-nisa fil-kwartifinali, Emma Navarro tal-Istati Uniti għelbet lil Paula Badosa ta’ Spanja f’żewġ sets 6 – 2 u 7 – 5, filwaqt li Iga Swiatek tal-Polonja seed numru 1 fil-kompetizzjoni ftit tħabtet biex eliminat lil Liudmila Samsonova f’żewġ sets 6 – 4 ; 6 – 1.