Lokali

David Wellman huwa ż-żagħżugħ li tilef ħajtu wara li sofra ġrieħi f’rasu f’Ħal Tarxien

David Wellman huwa ż-żagħżugħ ta’ 23 sena li tilef ħajtu wara li sofra ġrieħi f’rasu waqt li kien qed jagħmel xi xogħlijiet fl-appartament tiegħu.

L-inċident seħħ tard it-Tlieta waranofsinhar għall-ħabta tal-5pm, fi Triq il-Witja, Ħal Tarxien.

Il-Pulizija marru fil-post u minn investigazzjoni li saret irriżulta li ż-żagħżugħ kien qed jagħmel xi xogħlijiet fl-appartament tiegħu u sofra xi ġrieħi f’rasu.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku u membri tal-Protezzjoni Ċivili.

Aktar tard huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza iżda sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat Philip Galea Farrugia li ħatar inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin biex tiġi stabbiltà d-dinamika tal-inċident.