Internazzjonali

Franza twaħħal fl-awtoritajiet Ingliżi

L-imwiet riċenti fil-fliegu ta’ bejn Franza u r-Renju Unit huma parti minn problema li dejjem qed tikber – il-problema tal-immigrazzjoni illegali.

Wara l-aktar każ riċenti li seħħ fl-English Channel, intefa’ dawl fuq il-fatt li bosta gruppi qed jorganizzaw vjaġġi għal nies iddisprati li jridu jipprovaw jaqsmu l-baħar – normalment f’dgħajjes li jkunu żgħar wisq.

Franza, minn naħa tagħha, qed tikkritika s-suq tax-xogħol fir-Renju Unit, li huwa rregolat b’mod laxk – u minħabba hekk, ħafna immigranti jipprovaw jaqsmu l-baħar għal ħajja aħjar.

U issa, Franza wkoll qed tinsisti fuq il-bżonn ta’ qbil bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit fuq il-kwistjoni tal-immigrazzjoni.