Sport

Iċ-ċrieki Olimpiċi mhux se jibqgħu mat-Torri Eiffel

Il-pjanijiet tas-Sindku ta’ Pariġi Anne Hidalgo biex iċ-ċrieki Olimpiċi jibqgħu mat-Torri Eiffel ġew ikkundannati mid-dixxendenti tad-disinjatur Gustave Eiffel b’reazzjoni negattiva minn xi residenti ta’ Pariġi.

Iċ-ċrieki Olimpici kabbru l-popolarità tal-monument għat-turisti f’Pariġi matul il-Logħob Olimpiku bejn it-28 ta’ Lulju u l-11 ta’ Awwissu, u issa waqt il-Logħob Paralimpiku.

Anne Hidalgo ħabbret li kellha l-intenzjoni li tneħħi l-oriġinali, li huma tqal wisq biex jibqgħu fuq il-monument, u tibdilhom b’i ċrieki ġodda.

Fi stqarrija mill-Assoċjazzjoni tad-Dixxendenti ta’ Gustave Eiffel, ngħad li t-Torri Eiffel, li sar is-simbolu ta’ Pariġi u ta’ Franza kollha minn meta nbena 135 sena ilu, ma jixraqx li jkollu s-simbolu ta’ organizzazzjoni miżjuda miegħu b’mod permanenti, ikun xi jkun il-prestiġju tal-organizzazzjoni. 

Iċ-Chairman tal-Assoċjazzjoni Olivier Berthelot-Eiffel, buż neputi ta’ Eiffel, qal li l-familja ma tara l-ebda problema li ċ-ċrieki jibqgħu matul il-Logħob Paralimpiku, imma t-Torri Eiffel m’għandux isir post ta’ reklamar.

Ir-reazzjoni fuq il-midja soċjali kienet imħallta, iżda ħafna Pariġini dehru dubjużi ħafna dwar il-modifika tas-simbolu tal-belt li hija wkoll sit protett ta’ wirt dinji tal-UNESCO.