Sport

Ikompli t-Tour ta’ Spanja ‘La Vuelta’

Ritratt: EPA

Wara waqfa ta’ ġurnata tkompla t-Tour ta’ Spanja ‘La Vuelta’ bis-16-il stadju fuq rotta ta’ 181.5 kilometri minn Luanco sa Lagos de Covadonga. F’kundizzjonijiet ta’ temp mill-aktar difficli, suċċess għall-Ispanjol Marc Soler għall-UAE Team Emirates li għamel id-distanza f’4 sigħat, 44 minuta u 46 sekonda b’distakk vantaġġ ta’ 18-il sekonda fuq it-Taljan Filippo Zana għal Team Jayco Alula.

Fit-tielet post temm il-Britanniku Max Poole għal Team DSM Firmenich Post b’distakk ta’ 23 sekonda minn Soler.

Fil-klassifika ġenerali fl-ewwel post l-Awstraljan Ben O’Connor għal Decatlon AG2R La Mondiale Team  b’65 siegħa u 9 minuti b’vantaġġ minimu ta’ 5 sekondi fuq is-Sloven Primoz Roglic għal Red Bull Bora Hansgrohe u distakk ta’ minuta u 25 sekonda fuq Enric Mas ta’ Spanja għal Movistar Team.

L-istadju li jmiss huwa fuq medda ta’ 141.5 kilometri minn Monumento Juan de Castillo Arnuero sa Santander.