Sport

Il-Ġappun jirbaħ il-wheelchair rugby

Ritratt: EPA

F’Champs de Mars Arena, saret il-finali tal-wheelchair rugby fejn il-Ġappun rebħu lill-Istati Uniti 48 – 41.

Wara tliet edizzjonijiet li fihom rebħu l-midalja tal-deheb, l-Istati Uniti sfaw megħluba mill-Ġappun li fil-passat rebħu darbtejn il-midalja tal-bronż. Protagonista għal Ġappun kien Katsuya Hashimoto li fil-finali għamel 19-il-unt.

Fil-finali għall-midalja tal-bronż, l-Awstralja għelbet lir-Renju Unit 50 – 48.