Lokali

Il-klikka ta’ Robert Abela tqaċċat lil Luke Dalli

Il-programm ‘Awla’ ta’ Luke Dalli fuq is-Super One, se jkun qed jingħata lil preżentatur ġdid.

Dan tħabbar mit-tifel ta’ Helena Dalli dalgħodu, fejn kiteb li ntemm il-vjaġġ tiegħu fil-midja tal-Partit Laburista. Dan wara dawk li hu sejjaħ “14-il sena ta’ servizz”.

Sa issa għadu mhux ċar iċ-ċirkustanzi li wasslu biex mill-qalba tal-Labour tajrulu rasu. B’sorsi oħra jgħidu li kien Dalli li spiċċa telaq għaliex persuni mill-klikka ta’ Robert Abela għamlulu l-bsaten fir-roti.

Fuq Facebook, it-tifel tal-Kummissarju Dalli kien ċar ħafna fi kliemu: “Meta jkun hemm iċ-ċirkostanzi ġusti li nirritorna, jiena se nagħmel dan b’determinazzjoni”, kiteb Luke Dalli.