Sport

Il-kompetizzjoni tal-fencing fil-Logħob Paralimpiku fil-Gran Palais

Il-kompetizzjoni tal-fencing fil-logħob paralimpiku fil-Gran Palais, bdiet bdiet bl-ewwel fażi mir-rawnd tal-aħħar 16. Minn kategorija A tan-nisa kien hemm Natalia Morkwich tal-Ukrajna li rebħet 15 – 1 lill-veterana Ruth Sylvie Morel tal-Kanada.

Minn Kategorija B tal-irġiel, Jie Zhang taċ-Ċina għeleb lil Dmytro Sero zhenko tal-Ukrajna 15 – 4, filwaqt li minn kategorija B tan-nisa f’konfront bejn żewġ fencers Ukreni, Olena Fedota Isajeva għelbet lil Nadia Deloh 15 – 1.

Fl-aktar konfront ibbilancjat mis-serje kollha deciż fl-aħħar kolp, kien dak minn Kategorija A tal-irgiel fejn Matteo de Rossi tal-Italja għeleb lil Shintoro Kano tal-Ġappun 15 – 14.