Fl-ewwel messaġġ li wassal waqt il-vjaġġ madwar l-Asja u l-Paċifiku, il-Papa Franġisku wissa lill-poplu dwar l-estremiżmu reliġjuż.
F’Jakarta, il-Papa tenna l-impenn ċar tal-Knisja Kattolika biex issaħħaħ l-għaqda bejn reliġjoni differenti.
Il-ġlied u l-vjolenza bejn deminazzjonijiet differenti fl-Indoneżja huwa problema kbira fil-pajjiż. U l-Papa stqarr li dan huwa riżultat ta’ estremiżmu reliġjuż.
Minbarra l-Indoneżja, il-Kap tal-Knisja Kattolika se jżur Papua New Guinea, Singapore u Timor – bl-għan ewlieni jkun sabiex iwassal aktar sens ta’ paċi bejn reliġjoni differenti.
//= $special ?>