Lokali

Ilbes ħwejjeġ ikkuluriti u agħti donazzjoni għall-annimali fil-funeral ta’ Jake Vella

Għall-funeral ta’ Jake Vella qed issir talba mill-qraba tiegħu sabiex dawk kollha li se jattendu jilbsu ħwejjeġ ikkuluriti filwaqt li flok fjuri jingħataw donazzjonijiet f’għajnuna lill-annimali li Jake tant kien iħobb.

Il-funeral se jsir fil-Knisja Parrokkjali ta’ Birżebbuġa s-Sibt fl-10:30 am. Qabel se jsir korteo bir-roti, li jibda fid-9am mill-Isptar Mater Dei.

Għad-donazzjoni, wieħed jista’ juża’ Revolut fuq in-numru 99870624 jew inkella jagħti donazzjoni dirett fil-knisja fejn se jkun hemm kaxxa ddedikata għal dan l-għan.

Dwar il-korteo bir-roti, it-tfal jistgħu jibdew il-vjaġġ minn Al Fresco, f’Birżebbuġa, fid-9am.

Għal dawk li għal xi raġuni jew oħra ma jistgħux jattendu l-knisja, jistgħu xorta jsegwu l-funeral hekk kif se jkun qed jixxandar f’din il-ħolqa: https://youtube.com/live/mmsGmGJ347w