Bosta NGOs mhumiex kuntenti bis-sitwazzjoni tal-kostruzzjoni f’pajjiżna, speċjalment wara li l-Aworità tal-Ippjanar iddeċidiet li taqleb ta’ taħt fuq deċiżjoni tal- Qorti tal-Appell u approvat żvilupp li kien meqjus bħala illegali u mhux skont ir-regoli tal-ippjanar.
Fi stqarrija, l-għaqdiet qalu li din id-deċiżjoni mill-Aworità tal-Ippjanar hija waħda “abbużiva”. U l-fatt li l-Awtorità tal-Ippjanar tħoss li tista’ taqleb id-deċiżjoni ta’ Qorti, mhijiex aċċettabli.
Fi kliem l-għaqdiet stess, dan huwa konferma tal-bżonn ta’ riformi kbar, għaliex l-istatt tad-dritt għandu bżonn jitħares; speċjalment f’dak li għandu x’jaqsam mal-ambjent u l-ippjanar tal-ibliet.
U minkejja li fi stqarrija riċenti, il-Minstru għall-Ippjanar Clint Camilleri wiegħdet bidliet fil-liġi, l-NGOs insistew li għadu mhux ċar kemm dawn is-suppost bidliet humiex se jsolvu l-problemi tal-pajjiż.
Għalhekk, huma talbu għal laqgħa urġenti mal-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru tal-Ippjanar biex jiddiskutu proposti sabiex tissaħħaħ il-liġi tal-ippjanar; u li dawn ikollhom perjodu ta’ żmien biżżejjed.
It-talba saret minn BirdLife Malta, Din l-Art Ħelwa, Flimkien għal Ambjent Aħjar, Friends of the Earth Malta, Għawdix, Moviment Graffitti, Nature Trust Malta, Ramblers Association, The Archaeological Society Malta, Wirt Għawdex, Azzjoni Tuna Artna Lura, Għaqda Residenti tal-Qrendi, Għaqda Storja u Kultura Birżebbuġa, Marsaskala Residents Network, Marsaxlokk Heritage, Nadur Nadif, Residenti Beltin, Sliema Residents Association u Wirt iż-Żejtun
//= $special ?>