Futbol Sport

Plejer ieħor Malti se jkun qed jilgħab fl-Italja

Il-plejer ta’ 19-il sena Kian Leonardi kien imħabbar bħala akkwist ġdid ta’ Fermana FC fis-Serie D fl-Italja.

Leonardi diġà ddebutta fil-partiti ta’ ħbiberija ta’ dan it-tim fejn ħalla impatt pożittiv ferm meta rnexxielu jiskorja darbtejn u jipprovdi żewġ assists. Leonardi, li huwa prodott tal-akkademja ta’ Pieta Hotspurs, kien diġà lagħab 41 partita mat-tim tal-kbar, fil-Kampjonat Premier u anke fiċ-Challenge League fejn skorja seba’ darbiet u ta ħames assists.

Leonardi mhuwiex l-uniku plejer Malti li se jkun qed jilgħab fl-Italja dan l-istaġun hekk kif bosta plejers mit-tim nazzjonali Malti tan-nisa se jkunu qed ikomplu bil-karriera tagħhom fl-Italja.