Fl-Open tal-Istati Uniti, fis-semifinali, Frances Tiafoe se jkun qed jilgħab kontra Taylor Fritz biex b’hekk se tkun semifinali bejn żewġ tennisti Amerikani. Din se tkun l-ewwel darba wara 18-il sena.
Andy Roddick kien l-aħħar tennista Amerikan li rebaħ Grand Slam meta fl-2003 rebaħ Wimbledon. Roddick kien ukoll l-aħħar Amerikan li wasal fil-finali tal-Open tal-Istati Uniti meta tilef kontra Roger Federer.
Iżda l-istennija li tennista Amerika jirbaħ Grand Slam jidher li tinsab fil-qrib hekk kif Fritz irnexxielu jegħleb lil Alexander Zverev 7-6, 3-6, 6-4, 7-6, filwaqt li Tiafoe avvanza wara li l-avversarju tiegħu Grigor Dimitrov kellu jirtira minħabba injury fejn sa dak il-ħin kien qed jirbaħ 6-3, 6-7, 6-3, u 4-1.
Wara l-partita Tiafoe qal li ma riedtx li l-partita tintemm b’dak il-mod iżda jinsab eċċitat għas-semifinali fejn stqarr li din se tkun l-aktar partita importanti ta’ ħajtu.
//= $special ?>