Il-lettur Mark Joseph Vellla flimkien mal-istudenti tiegħu qed jiffaċċjaw każ rigward hacking etiku. Dan qed jiġri wara li sabu vulnerabbilitajiet kbar fis-sigurtà tal-applikazzjoni tal-Freehour, fejn bagħtu email lill-organizzazzjoni biex jinformawhom b’din il-problema u jistaqsu għal ħlas żgħir magħruf bħala “Bug Bounty”.
Minflok, huma ġew arresati u qed jiffaċċjaw allegazzjonijiet dwar l-użu ħażin tal-kompjuters tagħhom biex jaċċessaw data mingħajr il-permess sabiex jipprovaw jieħdu l-flus mingħand il-FreeHour.
L-Assoċjazzjoni tal-Akkademiċi tal-Universita ta’ Malta (UMASA) għamlet ċar l-appoġġ tagħha għall-lettur Mark Joseph Vella.
Huma għandhom il-fehma li hu aġixxa b’integrità u skont il-proċedura, fejn mexa mar-rwol tiegħu bħala lettur, u l-istudenti għamlu użu ta’ proċeduri stabbiliti fl-industrija meta saqsew għal Bug Bounty.
//= $special ?>