Lokali

Żagħżugħ jitlef ħajtu wara li sofra ġrieħi f’rasu waqt li kien qed jagħmel xi xogħlijiet f’Ħal Tarxien

Żagħżugħ ta’ 23 sena residenti Ħal Tarxien, tilef ħajtu wara li sofra ġrieħi f’rasu waqt li kien qed jagħmel xi xogħlijiet fil-proprjetà tiegħu.

L-inċident seħħ it-Tlieta għall-ħabta tal-5:00 ta’ waranofsinhar fi Triq il-Witja, Ħal Tarxien.

Il-Pulizija marru fil-post u minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li ż-żagħżugħ ta’ 23 sena kien qed jagħmel xi xogħlijiet fi proprjeta privata li hi tiegħu stess u sofra xi ġrieħi f’rasu.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku u membri tal-Protezzjoni Ċivili.

Aktar tard huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza iżda sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

Bil-każ ġie infurmat l-Maġistrat Philip Galea Farrugia li ħatar inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin biex tiġi stabbiltà d-dinamika tal-inċident.