Simonds Farsons Cisk plc, permezz tal-marka tagħha Cisk 0.0 Alcohol-Free Lager, qed tappoġġja lill-atleta kuraġġuż u attivist għal baħar nadif Neil Agius fl-għawma li se jagħmel biex jikser rekord dinji ieħor.
Din l-isfida Agius ħabbarha f’Lulju li għadda u mistenni jagħmilha fit-tieni nofs ta’ Settembru. Hu se jgħum mal-kosta tal-arċipelagu Malti kollu, jiġifieri madwar 160km. L-għawma mistennija toħodlu tlett ijiem u hu stmat li jagħmilha f’madwar 175,000 qadfa.
Neil Agius qed jimmira li jikser ir-rekord dinji tiegħu stess, li għandu bħalissa, tal-itwal għawma bla għajnuna u bla waqfien fil-baħar.
Susan Weenink Camilleri, Head of Sales & Marketing ta’ Simonds Farsons Cisk plc, qalet li: “Neil hu ta’ ispirazzjoni kemm bħala sportiv u kemm bħala ambaxxatur tal-ibħra tagħna. L-isfidi dinjin tiegħu dejjem jiġbdu l-attenzjoni u l-apprezzament tal-pubbliku u tagħna. B’din is-sħubija qed nappoġġjaw l-isforzi ambjentali tiegħu u l-ħidma valida li jagħmel ma’ Wave of Change, moviment li qed iħabrek biex iġib il-bidla billi jżid il-kuxjenza dwar l-effetti li nħallu fuq l-ambjent bid-deċiżjonijiet tagħna ta’ kuljum u dwar għażliet differenti aktar sostenibbli u ta’ rispett ekoloġiku. Din is-sħubija hi naturali għall-marka Cisk 0.0. Nawguraw lil Neil li jirnexxilu jwettaq il-ħolma li għandu bl-isfida li jmiss.”
Il-birra Cisk 0.0 Alcohol-Free Lager hi prodotta, irreklamata u mqassma minn Simonds Farsons Cisk plc. Hi l-aħħar żieda fil-portafoll tal-marka Cisk.
//= $special ?>