Futbol Sport

Birkirkara jirbħu fil-UEFA Women’s Champions League

(Ritratt: Catriel Farrugia)

It-tim tan-nisa ta’ Birkirkara kiseb rebħa importanti ta’ 2-1 fuq Breznica fil-UEFA Women’s Champions League biex issa nhar is-Sibt li ġej fis-Centenary Stadium se jkun qed jilgħab kontra Anderlecht tal-Belġju bir-rebbieħ minn din il-partita javvanza għat-tieni rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-kompetizzjoni.

Din hi t-tieni sena konsekuttiva li Birkirkara għelbu lil Breznica u għamlu dan fil-ħin barrani. Fl-ewwel attakk ta’ nota, Breznica marru fil-vantaġġ permezz ta’ Marijana Jankov. F’nofs it-tieni taqsima, l-iskwadra mill-Montenegro sfaw jilagħbu bi plejer anqas meta tkeċċiet Aleksandra Vujosevic.

It-tim imexxi minn Vince Galea approfittaw minn dan u ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ Yuna Hazekawa. Minkejja li Birkirkara pruvaw jirbħu l-partita fid-90 minuta, dan ma kienx possibli bil-partita tmur għall-ħin barrani. Fit-tieni taqsima tal-ħin barrani l-Istripes ingħataw penalty u kienet l-istess Hazekawa li ma żbaljatx u għamlet l-iskor finali 2-1.