Sport

Birkirkara jirbħu lil FC Breznica

Ritratt meħud mill-Facebook page ta' Birkirkara

Fis-Centenary Stadium f’Ta’ Qali, it-tim tan-nisa ta’ Birkirkara għelbu lil FC Breznica 2 – 1.

Gowl minn penalty fil-ħin barrani kien biżżejjed għat-tim tan-nisa ta’ Birkirkara mmexxi minn Vince Galea, sabiex għat-tieni darba jegħlbu lil FC Breznica ta’ Montenegro.

Wara din ir-rebħa Birkirkara jilagħbu nħar is-Sibt 7 ta’ Settembru kontra Anderlecht tal-Belġju.

Kienet rebħa diffiċli għal Birkirkara l-aktar wara li fis-17-il minuta kienu Breznica li marru fil-vantaġġ permezz ta’ MARIYANA JANKOV li għelbet lil Maya Cachia. 0 – 0 fi tmiem l-ewwel taqsima.

Birkirkara kienu aktar fuq l-offensiva u l-partita ħadet xejra differenti wara li Alexandra Vujosevic tkeċċiet għal Breznica fuq ammonizzjoni doppja. Fis-60 minuta kienet HAZEKAWA li għelbet lil Svetlana Milicic biex kisbet il-gowl tad-draw għal Birkirkara.

Il-partita marret għal ħin barrani u fil-109 minuta kienet mill-ġdid HAZEKAWA li minn penalty għelbet lil Milicic u għalqet il-partita.