L-investituri f’Malta issa jistgħu jinvestu fl-EPIC Global Equity Fund, li huwa mmexxi mill-Fund Manager Malti Malcolm Schembri u l-kollega tiegħu Tim Hall. Dan il-mutual fund bi prestazzjoni għolja, qabeż b’mod konsistenti bosta funds stabbiliti fis-suq. Riċentement, il-fund iċċelebra r-rekord tiegħu li għal ħamas snin konsekuttivi spiċċa fl-aqwa 10 fil-mija tal-funds li jinvestu f’ishma globali.
L-EPIC Global Equity Fund huwa investiment disponibbli għall-investituri f’Malta biex jiddiversifikaw il-portafoll tagħhom b’mod effettiv. Fl-aħħar ħames snin, il-fund renda medja ta’ aktar minn 13% fis-sena.
Immexxi minn Malcolm Schembri u Tim Hall, il-portafoll tal-EPIC Global Equity Fund jinkludi firxa ta’ investimenti, li jvarjaw minn kumpaniji kbar u rinomati bħal Microsoft u Nvidia, għal oħrajn li huma rinomati fis-settur tal-healthcare bħal Intuitive Surgical u Novo Nordisk. Barra minn hekk, il-fund jinvesti f’kumpaniji inqas magħrufa bħal Constellation Software, United Rentals u Pool. Din l-istrateġija diversifikata tirrifletti d-dedikazzjoni tal-fund għall-kwalità u l-prospetti tat-tkabbir. Iktar minn hekk, kemm Malcolm kif ukoll Tim investew b’mod sinifikanti l-kapital personali tagħhom fil-fund li juri l-fiduċja tagħhom fl-istrateġija u l-prestazzjoni ta’ dan il-fund.
Is-suċċess tal-EPIC Global Equity Fund huwa attribwit għar-riċerka rigoruża u l-immanigjar attiv tiegħu. Billi jinvesti f’kumpaniji bi qligħ robust u marġini għoljin, il-fund ghandu portafoll li joffri stabbiltà u prospetti sinifikanti ta’ tkabbir, li b’mod konsistenti jaqbeż ħafna funds stabbiliti.
Waqt li esprima l-entużjażmu tiegħu dwar id-disponibbiltà tal-fund f’Malta, Malcolm Schembri stqarr: “Bħala Malti, ninsab kuntent li l-EPIC Global Equity Fund issa huwa aċċessibbli għall-investituri f’Malta permezz ta’ MeDirect. Nemmnu li l-prestazzjoni tal-fund tagħna titkellem waħedha, u aħna impenjati li nwasslu suċċess kontinwu għall-investituri tagħna.”
Ingrid Micallef, Head of Wealth ta’ MeDirect Malta, qalet: “Iż-żieda tal-EPIC Global Equity Fund mal-mijiet ta’ Fondi u ETFs oħra li huma disponibbli permezz tal-mobajl app u l-pjattaforma bankarja online tagħna tkompli l-missjoni ta’ MeDirect li jagħti lill-klijenti l-libertà li jibnu l-ġid tagħhom b’kunfidenza. Bħala l-ewwel bank diġitali Malti, aħna impenjati li nipprovdu din l-opportunità kemm lil dawk li huma kunfidenti biżżejjed biex jimmaniġġjaw il-portafolli tagħhom waħedhom, kif ukoll lil dawk li jippreferu jħallu l-investiment f’idejn l-esperti tagħna.”
//= $special ?>