Lokali

Ftit jiem ‘il bogħod mill-Konkors Kanzunetta Indipendenza

Fadal biss ftit jiem għall-Konkors Kanzunetta Indipendenza – konkors li jiġbor it-talent Malti fejn il-parteċipanti jkantaw kanzunetti oriġinali bil-Malti miktuba minn kompożituri u awturi lokali.

Il-Konkors organizzat minn NetMedia, se jkun qed jilħaq il-qofol tiegħu l-Ħadd 8 ta’ Ġunju u se jippreżenta 20 kantant u kantanta f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, il-Belt Valletta.

NetNews tkellem ma’ Josef Fitzpatrick li spjegalna li l-preparamenti ilhom li bdew minn April. Fejn kompla jispjega li kienu 91 parteċipant li ssottomettew il-kanzunetti tagħhom li mbagħad għaddew għal diversi fażijiet.

Intant, Josef Fitzpatrick spjegalna wkoll li fl-aħħar jiem qed jilħqu l-qofol tagħhom il-preparamenti tal-kantanti u anke tal-ħaddiema kollha ta’ NetMedia.

Christine Haber, Eileen Montesin, Valerie Vella u Louise Tedesco se jkunu l-preżentaturi tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza ta’ din is-sena.

Wieħed jista’ jakkwista l-biljetti tiegħu minn fuq showshappening.com jew mid-Dar Ċentrali tal-PN.